Skip to main content
Knowledge Centre on Translation and Interpretation

Ħiliet professjonali

<p>Korsijiet dwar il-ħiliet professjonali għall-interpreti</p>

Ħiliet professjonali

Bis-saħħa tal-korsijiet dwar il-ħiliet professjonali, l-interpreti jkunu jistgħu:

  • jaħdmu b’mod aktar effiċjenti

  • jiżviluppaw ċerti ħiliet personali

  • jitħarrġu għal kompiti partikolari.

Dawn il-korsijiet marbuta mill-qrib mat-tekniki tal-interpretazzjoni (eż. il-coaching tal-vuċi, l-interpretazzjoni simultanja mat-test) u ma’ oqsma fejn l-interpreti jaħdmu barra l-kabini (eż. l-appoġġ pedagoġiku fl-universitajiet, il-parteċipazzjoni fil-panels tar-reklutaġġ, il-korsijiet speċjalizzati tal-interpretazzjoni, u l-organizzazzjoni u t-tħejjija tal-laqgħat).

Ritratt mill-viċin tal-materjal li jużaw l-interpreti fil-kabini

Id-DĠ Interpretazzjoni jorganizza korsijiet dwar it-titjib tal-ħiliet diġitali bl-għan li jittejjeb l-għarfien tal-interpreti fuq l-għodod tekniċi u diġitali li jużaw kuljum f’xogħolhom. Dan jinkludi l-użu tal-glossarji, it-tħejjija tal-laqgħat bl-użu ta’ għodod ġodda, is-sensibilizzazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà u l-produttività.

Id-DĠ Interpretazzjoni għandu grupp ta’ interpreti li jaqsmu l-għarfien tagħhom mal-kollegi tagħhom f’dawn l-oqsma.