Skip to main content
Knowledge Centre on Translation and Interpretation

Żvilupp professjonali

Riżorsi għall-istaff u għall-interpreti freelance li jaħdmu mad-DĠ Interpretazzjoni

  • L-apprendiment tal-lingwi jfisser it-tagħlim ta’ lingwi ġodda u ż-żamma tal-livell espert fil-lingwi li wieħed diġà jkollu ħakma tajba tagħhom. Dan l-aktar qasam ta’ żvilupp professjonali importanti għall-interpreti li jaħdmu mad-DĠ Interpretazzjoni.
  • L-interpreti fid-DĠ Interpretazzjoni jħabbtu wiċċhom ma’ firxa wiesgħa ta’ suġġetti kumplessi u għandhom bżonn appoġġ imfassal apposta biex ikunu familjari ma’ diversi oqsma ta’ għarfien espert (il-liġi, l-ekonomija, l-agrikoltura, is-sajd, eċċ.).
  • Il-korsijiet dwar il-ħiliet professjonali jiffukaw fuq it-tekniki tal-interpretazzjoni (eż. il-coaching tal-vuċi) u l-oqsma fejn l-interpreti jaħdmu barra mill-kabini (eż. meta jipparteċipaw f’bord tal-eżamijiet, meta jiktbu d-diskorsi jew meta jgħallmu l-interpretazzjoni lill-istudenti universitarji).
  • Bis-saħħa tal-apprendiment elettroniku, it-tagħlim jista’ jkun flessibbli. Id-DĠ Interpretazzjoni ħa ħsieb katalgu speċjali ta’ korsijiet għall-interpreti tiegħu permezz tal-apprendiment elettroniku. Dawn il-korsijiet tfasslu internament jew huma offruti minn istituzzjonijiet oħra tal-UE jew istituzzjonijiet internazzjonali.