Skip to main content
Knowledge Centre on Translation and Interpretation

EU-funded research projects on interpreting

Skopri aktar dwar proġetti ta’ riċerka ffinanzjati mill-UE

L-UE ffinanzjat numru ta’ proġetti ta’ riċerka relatati mal-interpretazzjoni: 

Interpretazzjoni remota

AVIDICUS —  Valutazzjoni tal-Interpretazzjoni b’Video Medjat fis-Sistema tal-Ġustizzja Kriminali hu proġett fi tliet stadji li jiffoka fuq il-valutazzjoni tal-affidabbiltà u l-kwalità ta’ interpretazzjoni b’video medjat (VMI) għal proċedimenti kriminali sabiex titjieb il-kooperazzjoni ġudizzjarja fl-Ewropa. AVIDICUS għandu wkoll taqsima ta’ taħriġ dwar il-VMI għall-interpreti u l-prattikanti legali.

AVIDICUS I

AVIDICUS II

AVIDICUS III

SHIFTFormazzjoni tal-Interpreti tal-Futur u tal-Lum hu proġett ta’ Erasmus+ ta’ 3 snin iffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea fl-2015. L-għan tal-proġett SHIFT hu li jiżviluppa soluzzjoni komprensiva għat-taħriġ fl-interpretazzjoni remota fl-Edukazzjoni Għolja u t-Tagħlim Tul il-Ħajja, permezz tal-kooperazzjoni ta’ network Ewropew ta’ universitajiet li joffru programmi ta’ interpretazzjoni u provvedituri tas-servizzi ta’ interpretazzjoni.

Manwal

Glossarju

Materjal ta’ tagħlim

Interpretazzjoni f’realtà virtwali

IVY & EVIVA - Interpretazzjoni f’Realtà Virtwali + Evalwazzjoni tal-Edukazzjoni tal-Interpreti u tal-Klijenti tagħhom permezz ta’ Attivitajiet ta’ Tagħlim.

Is-sit web tal-Interpretazzjoni f’Realtà Virtwali jippreżenta żewġ proġetti ffinanzjati mill-UE: Interpretazzjoni f’Realtà Virtwali (IVY) u Evalwazzjoni tal-Edukazzjoni tal-Interpreti u tal-Klijenti tagħhom permezz ta’ Attivitajiet ta’ Tagħlim (EVIVA). Il-proġett IVY juża l-karatteristiċi interessanti tat-teknoloġija tal-ambjent virtwali 3D. L-EVIVA tevalwa l-opportunitajiet edukattivi li t-tliet tipi ta’ ambjenti virtwali għat-tagħlim — id-dinjiet virtwali 3D, l-ambjenti bbażati fuq il-video u l-konferenzi bil-video — joffru lill-interpreti futuri u lill-klijenti tagħhom.

Interpretazzjoni ta’ servizz legali u pubbliku

Serje ta’ videos dwar Interpretazzjoni tas-Servizz Pubbliku ġiet prodotta mill-Universitat Autòla de Barcelona  bl-appoġġ finanzjarju tad-DĠ Interpretazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea: Interpretazzjoni tas-Servizz Pubbliku u l-Isfidi tal-Millennju l-Ġdid.

L-espansjoni tal-Fruntieri Professjonali: Interpretazzjoni tas-Servizz Pubbliku u l-Isfidi tal-Millennju l-Ġdid - il-Paġna tal-Proġett tal-Università ta’ Autònola de Barcelona

Il-proġett għandu l-għan li jippromwovi u jtejjeb ix-xogħol u t-taħriġ ta’ interpreti professjonali fis-servizzi pubbliċi f’kuntest Ewropew. L-objettivi ewlenin huma li jiġi żviluppat materjal awdjoviżiv b’aċċess miftuħ għal min iħarreġ u dawk li qed jitħarrġu fil-PSI, kif ukoll għal udjenza ġenerali; li tingħata viżibbiltà lill-ħidma ta’ l-interpreti tas-Servizz Pubbliku fl-ispazju tal-UE u l-importanza tal-programmi ta’ taħriġ tal-PSI u li l-PSI jiġi introdott għal studenti tal-interpretazzjoni tal-konferenza bħala mezz biex jitkabbar l-għarfien tagħhom tal-modi ta’ interpretazzjoni, l-oqsma ta’ attività u l-kuntesti komunikattivi.