Skip to main content
Knowledge Centre on Translation and Interpretation

Terminoloġija

It-timijiet tat-terminoloġija tal-Kummissjoni Ewropea

MIN AĦNA

It-timijiet tat-terminoloġija tas-servizzi tat-traduzzjoni u tal-interpretazzjoni tal-Kummissjoni jipprovdu kontenut terminoloġiku aġġornat biex it-tradutturi u l-interpreti tagħna jkunu jistgħu jittraduċu u jinterpretaw bi kwalità għolja ħafna waqt il-proċessi multilingwi tat-tfassil tal-politika. Ngħinu wkoll fl-iżvilupp ta’ għodod terminoloġiċi u nipprovdu taħriġ relatat mat-terminoloġija.

DĠ Traduzzjoni (DGT)

L-Unità għall-ġestjoni tad-data ta’ DGT għandha Settur tal-koordinazzjoni tat-terminoloġija li jaħdem speċifikament fuq it-terminoloġija komuni.

DGT għandu komunità terminoloġika magħmula mit-terminologi fl-unitajiet tat-traduzzjoni (full-time u part-time) u mill-koordinaturi tat-terminoloġija fl-Unità għall-ġestjoni tad-data.

Il-komunità tiltaqa’ spiss biex:

  • tiddiskuti l-ħidma terminoloġika li tkun għaddejja
  • taqsam l-esperjenzi
  • taġġorna lill-membri dwar l-avvanzi terminoloġiċi u l-iżviluppi interistituzzjonali rilevanti.

DĠ Interpretazzjoni (DG SCIC)

DG SCIC għandu tim żgħir għat-terminoloġija ċentrali. Dan magħmul minn terminologu full-time u diversi terminologi li jaħdmu abbażi ta’ rotazzjoni, fil-kariga ta’ interpreti li huma parti mill-persunal ta’ SCIC. Għandu wkoll network ta’ korrispondenti terminoloġiċi – Terminologica – magħmul minn rappreżentanti tal-unitajiet kollha tal-interpretazzjoni. Il-membri ta’ Terminologica jaħdmu fil-kabini rispettivi tagħhom bħala punti ta’ kuntatt għat-terminoloġija u jiltaqgħu fi plenarja erba’ darbiet fis-sena.

X’NAGĦMLU

  • Aħna ddedikati li ntejbu u nespandu l-kontenut tal-IATE (is-sistema ta’ amministrazzjoni tat-terminoloġija tal-UE) permezz ta’ proġetti tat-terminoloġija multilingwi.
  • Namministraw network ta’ terminologi fis-servizzi tagħna.
  • Nippromwovu l-użu tal-għodod u t-teknoloġija fil-ħidma terminoloġika.
  • Nikkooperaw mal-kollegi interistituzzjonali tagħna dwar it-terminoloġija u l-għodod tat-terminoloġija.
  • Naqsmu l-għarfien tagħna permezz ta’ korsijiet ta’ taħriġ, sessjonijiet ta’ ħidma u preżentazzjonijiet relatati mat-terminoloġija mfassla biex jgħammru lit-tradutturi, lill-interpreti u lit-terminologi bil-ħiliet u l-għarfien li jeħtieġu.
  • Nikkooperaw mal-esperti esterni biex nindirizzaw in-nuqqasijiet fil-ħiliet f’diversi oqsma.
  • Nipparteċipaw b’mod attiv u nagħtu sehmna f’diversi gruppi ta’ ħidma, kif ukoll f’attivitajiet internazzjonali u konferenzi.

MATERJAL TA’ TAĦRIĠ DWAR L-IATE

GĦODOD LINGWISTIĊI TAL-UE

Għodod lingwistiċi tal-Ewropa Diġitali

Servizzi lingwistiċi bbażati fuq l-IA, disponibbli fl-UE permezz tal-programm Ewropa Diġitali biex jużawhom l-istituzzjonijiet tal-UE, l-amministrazzjonijiet pubbliċi, id-dinja akkademika, l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs, small to medium-sized enterprises), l-NGOs, il-proġetti tal-programm Ewropa Diġitali u l-kandidati tal-EPSO.

Joffru kemm siti web kif ukoll interfaċċi għall-programmi tal-applikazzjonijiet għall-aċċess bejn magna u oħra.

RIŻORSI TAT-TERMINOLOĠIJA TAL-UE

IATE It-terminoloġija uffiċjali tal-UE
EUROSTAT Diversi glossarji tematiċi
EuroVoc Katalgu ta’ vokabularji tal-UE
Glossarju tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel Glossarju dwar is-sikurezza alimentari
Ismijiet kummerċjali tal-ħut Bażi tad-data tal-Kummissjoni Ewropea dwar id-deżinjazzjonijiet kummerċjali
Tagħmir tas-sajd Bażi tad-data tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-tagħmir tas-sajd
Glossarju tal-BĊE Glossarju tal-Bank Ċentrali Ewropew
Bażi tad-data tal-EUNIS Bażi tad-data online dwar il-bijodiversità
TARIC Bażi tad-data doganali tal-UE
Bażi tad-data bit-terminoloġija tal-ECHA Bażi tad-data bit-terminoloġija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

GĦODOD U RIŻORSI ESTERNI

Għodod esterni tat-terminoloġija

Riżorsi esterni tat-terminoloġija