Skip to main content
Knowledge Centre on Translation and Interpretation

It-traduzzjoni awdjoviżiva

It-traduzzjoni awdjoviżiva tinvolvi t-traduzzjoni ta’ kontenut tal-midja awdjoviżiva minn ilsien jew format għal ieħor permezz ta’ prattiki differenti tat-traduzzjoni. It-traduzzjoni ta’ dan it-tip ta’ materjal tinvolvi xogħol bl-awdjo u bl-immaġnijiet.

Jeżistu tipi differenti ta’ prattiki tat-traduzzjoni awdjoviżiva, li ssir b’mod dirett jew offline:

 

  • is-sottotitolar (interlingwistiku)

  • id-doppjaġġ 

  • it-taħdit sovrappost (voice-over)

  • in-narrazzjoni 

  • l-interpretazzjoni għax-xandir 

  • is-sottotitoli deskrittivi attivati b’għażla (closed captioning, CC) u s-sottotitolar għal min hu trux jew ma tantx jisma’ (SDH)

  • l-interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali

  • is-sottotitolar bl-awdjo għal min hu għami jew b’vista batuta

  • id-deskrizzjoni bl-awdjo għal min hu għami jew b’vista batuta.