Il-website hija maħsuba biex tintuża minn kemm jista’ jkun nies, inklużi persuni b’diżabbiltà
Din id-dikjarazzjoni tapplika għall-kontenut ippubblikat fid-dominju: https://knowledge-centre-translation-interpretation.ec.europa.eu/mt
Ma tapplikax għal kontenut jew websites oħrajn ippubblikati fi kwalunkwe sottodominju tiegħu. Dawn il-websites u l-kontenut tagħhom se jkollhom id-dikjarazzjoni ta’ aċċessibbiltà speċifika tagħhom.
Din il-website hija mmaniġġjata mid-Direttorat Ġenerali għall-Interpretazzjoni. Hija maħsuba biex tintuża minn kemm jista’ jkun nies, inklużi persuni b’diżabbiltà.
Għandek tkun tista’:
- tkabbar sa 200% mingħajr problemi
- tuża l-biċċa l-kbira tal-website bit-tastiera biss
- tuża l-biċċa l-kbira tal-website b’qarrej tal-iskrin modern u b’softwer tal-għarfien tat-taħdit (fuq il-kompjuter jew fuq il-mowbajl tiegħek)
Din il-website tfasslet b’mod li jagħmilha konformi mal-istandard tekniku għall-websites u għall-apps tal-mowbajl, EN 301 549 v.3.2.1. Dan huwa ekwivalenti kważi għal kollox għall-livell “AA” tal-verżjoni 2.1 tal-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà għall-Kontenut tal-Web (WCAG, Web Content Accessibility Guidelines).
Status tal-konformità
Din il-website hija parzjalment konformi mal-istandard tekniku EN 301 549 v.3.2.1 u mal-Livell AA tal-verżjoni 2.1 tal-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG). Għal aktar dettalji ara “Kontenut mhux aċċessibbli”.
Il-website ġiet ittestjata l-aħħar fit-12 ta’ Lulju 2024.
It-tħejjija ta’ din id-dikjarazzjoni
Din id-dikjarazzjoni ġiet rieżaminata fit-12 ta’ Awwissu 2025.
Id-dikjarazzjoni hija bbażata fuq analiżi ta’ kampjun rappreżentattiv tal-paġni web minn espert tal-aċċessibbiltà kkwalifikat fl-IAAP, bl-użu ta’ taħlita ta’ ttestjar manwali u awtomatizzat.
Kummenti b'reazzjoni
Nieħdu pjaċir bil-kummenti tiegħek dwar l-aċċessibbiltà tal-website “Ċentru tal-Għarfien dwar it-Traduzzjoni u l-Interpretazzjoni”. Għarrafna jekk issib xi xkiel għall-aċċessibbiltà:
- bit-telefown: 00 800 6 7 8 9 10 11
- bl-email: EC-KCTI@ec.europa.eu
- permezz tal-Formola ta’ kuntatt — Nota: tista’ tintuża bħala alternattiva għat-telefown/għall-email, jekk teżisti
Nippruvaw inweġbuk fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn dakinhar li dak li tkun bgħattilna jasal għand id-dipartiment responsabbli tal-Kummissjoni.
Il-kompatibbiltà mal-brawżers u mat-teknoloġija assistiva
Il-website “Ċentru tal-Għarfien dwar it-Traduzzjoni u l-Interpretazzjoni” tfasslet b’mod li jagħmilha kompatibbli mat-teknoloġiji assistivi li ġejjin, li huma l-aktar użati:
- l-aħħar verżjoni tal-brawżers Google Chrome u Apple Safari;
- flimkien mal-aħħar verżjonijiet ta’ JAWS, NVDA, VoiceOver, u TalkBack.
Speċifikazzjonijiet tekniċi
L-aċċessibbiltà tal-website “Ċentru tal-Għarfien dwar it-Traduzzjoni u l-Interpretazzjoni” tiddependi fuq it-teknoloġiji li ġejjin biex taħdem mal-kombinazzjoni partikolari ta’ brawżer tal-internet u kwalunkwe teknoloġija assistiva jew plugin installata fil-kompjuter tiegħek:
- HTML
- WAI-ARIA
- CSS
- JavaScript
Kontenut mhux aċċessibbli
Minkejja li għamilna l-almu kollu tagħna biex niżguraw l-aċċessibbiltà tal-website “Ċentru tal-Għarfien dwar it-Traduzzjoni u l-Interpretazzjoni”, nafu li fiha xi limitazzjonijiet u qed naħdmu biex nindirizzawhom. Hawn taħt hawn deskrizzjoni tal-limitazzjonijiet li nafu bihom u tas-soluzzjonijiet potenzjali. Nitolbuk tikkuntattjana jekk tiltaqa’ ma’ problema mhux imniżżlin hawn taħt.
Il-limitazzjonijiet magħrufin għall-website “Ċentru tal-Għarfien dwar it-Traduzzjoni u l-Interpretazzjoni”:
- xi dokumenti qegħdin fil-format PDF u mhumiex aċċessibbli
- xi filmati integrati fil-website jista’ jkollhom problemi fil-kuntrast u ma jkollhomx didaskaliji