Skip to main content
Knowledge Centre on Translation and Interpretation

Traduzzjoni istituzzjonali/legali

It-traduzzjoni tirreferi għall-interpretazzjoni ta’ tipi differenti ta’ kontenut minn lingwa għal oħra, li jirriżulta f’output kompletament adattat jew editjat. It-traduzzjoni, fis-sens tradizzjonali tagħha, tirreferi għall-qlib ta’ test minn lingwa għal oħra. Iżda maż-żmien din twessgħet biex tinkludi t-traduzzjoni ta’ test għal formati oħra bħal software, videos, u kontenut multimedjali ieħor.

Jeżistu tipi differenti ta’ traduzzjonijiet:

  • it-traduzzjoni istituzzjonali/legali
  • it-traduzzjoni awtomatika posteditjata
  • it-traduzzjoni awdjoviżiva 

Jeżistu wkoll tipi oħra ta’ traduzzjoni, bħat-traduzzjoni medika, teknika u letterarja. 

It-traduzzjoni istituzzjonali ssir fl-istituzzjonijiet pubbliċi, kemm nazzjonali kif ukoll internazzjonali. Ħafna drabi din tinvolvi operazzjonijiet multilingwi u hija rregolata minn politiki ta’ traduzzjoni u operazzjonijiet istituzzjonali. Hawnhekk, it-traduzzjoni normalment tkun standardizzata, billi jintużaw gwidi tal-istil u ċerti għodod, u billi ssir enfasi fuq il-konsistenza stilistika. 

Traduttur f’istituzzjoni jħabbat wiċċu prinċipalment mat-traduzzjoni legali, pereżempju, b’testi minn oqsma tekniċi, agrikoli u finanzjarji. 

Id-DĠ għat-Traduzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea huwa wieħed mill-akbar korpi tat-traduzzjoni istituzzjonali fid-dinja b’aktar minn 2 500 lingwista u persunal ta’ appoġġ. Il-Kummissjoni tipproponi leġiżlazzjoni dwar oqsma differenti u tipproduċi traduzzjonijiet fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.