Skip to main content
Knowledge Centre on Translation and Interpretation

Pariri għall-kelliema li jaħdmu bis-servizz tal-interpreti

Kif tikkomunika b’mod ċar fil-laqgħat u kif jirnexxilek tikkollabora mal-interpreti

Tkellem b’impatt  

Meta tingħata l-kelma, poġġi l-mikrofonu direttament quddiemek, neħħi l-earphones tiegħek u poġġihom ferm ’il bogħod mill-mikrofonu. Imbagħad ixgħel il-mikrofonu. Meta titkellem, żomm f’moħħok il-punti li ġejjin: 

  • jekk ikun possibbli tkellem il-lingwa nattiva tiegħek
  • jekk tibdel il-lingwa, ħabbar din l-għażla b’mod ċar
  • tkellem b’mod naturali u b’ritmu raġonevoli
  • aħjar titkellem milli taqra; jekk trid taqra, tkellem b’ritmu moderat u ħu pawżi b’mod regolari
  • ippronunzja n-numri, l-ismijiet u l-akronimi b’mod ċar
  • meta tirreferi għal dokument, semmi b’mod ċar in-numru ta’ referenza tiegħu u l-paġna
  • jekk taqra diskors, kun ċert li l-interpreti jkollhom it-test
  • tkellem mal-interpreti u tihom il-feedback

Filmat: Sir af iktar dwar l-aħjar prattiki biex titkellem f’konferenza multilingwi

Kif titkellem f’laqgħat online 

Sabiex tidher, tinstema’ u tinftiehem: 

  • qabel il-laqgħa, ittestja l-konnessjoni u l-awdjo tiegħek
  • il-konnessjoni għandha ssir biss minn ambjent simili għal uffiċċju
  • kun ċert li għandek konnessjoni tal-internet stabbli
  • dejjem ixgħel il-kamera tiegħek
  • uża mikrofonu adattat
  • sikket il-mikrofonu tiegħek meta ma tkunx qed titkellem 

Filmat: Skopri kif tista’ twassal il-messaġġ tiegħek b’mod ċar f’laqgħa ibrida.