Skip to main content
Knowledge Centre on Translation and Interpretation

Il-formati diġitali taċ-Ċentru tal-Għarfien dwar it-Traduzzjoni u l-Interpretazzjoni (KCTI, Knowledge Centre on Translation and Interpretation)

Esplora l-formati diġitali tal-KCTI u sir af aktar dwar il-qasam tat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni

Il-KCTI għandu erba’ formati diġitali differenti: il-kafetteriji virtwali tal-KCTI, l-irkejjen tal-karrieri tal-KCTI, l-irkejjen tar-riċerka tal-KCTI, u l-intervisti tal-KCTI. 

Il-kafetteriji virtwali tal-KCTI huma prinċipalment (iżda mhux esklużivament) maħsubin għall-istudenti, biex joffrulhom l-opportunità ta’ skambji virtwali bejniethom kif ukoll ma’ interpreti professjonali jew ma’ professjonisti f’oqsma relatati (eż. riċerkaturi), b’mod li jindirizza suġġetti ta’ interess partikulari għalihom. 

L-ewwel kafetterija virtwali saret fis-17 ta’ Ġunju 2022. Ara l-lista sħiħa (hemm ukoll il-web streaming). 

Bħala parti mill-isforzi kontinwi tiegħu biex jaġġorna u jiddiversifika dak li joffri filwaqt li jfasslu skont il-ħtiġijiet reali, il-KCTI issa għandu formati ġodda bħall-irkejjen tal-karrieri tal-KCTI u l-irkejjen tar-riċerka tal-KCTI.

Servizz ieħor, daqstant ieħor rilevanti, huwa l-intervisti tal-KCTI, li jittratta dwar professjonisti individwali u l-istejjer personali tagħhom.