Bini tal-kapaċità f’Kuba
Kuba
Id-DĠ Interpretazzjoni ilu mill-2017 jikkoopera ma’ Kuba fil-qasam tat-taħriġ tal-interpreti tal-konferenzi. Il-kooperazzjoni tikkontribwixxi għall-bini tal-kapaċità permezz tat-taħriġ tal-interpreti u t-taħriġ ta’ dawk li jħarrġu. Hija tippromwovi interpretazzjoni ta’ kwalità għolja u għandha titqies fil-kuntest usa’ tal-iżvilupp tar-relazzjonijiet bejn l-UE u Kuba.
Is-sieħeb tad-DĠ Interpretazzjoni huwa l-“Equipo de Servicios de Tradures e Intelépretes” (ESTI), is-servizz ta’ traduzzjoni u interpretazzjoni tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ta’ Kuba.