Inizjattivi tal-UE fit-teknoloġiji tal-lingwa
Inizjattivi tal-UE
Bil-progress rapidu fin-networks newrali, fit-tagħlim awtomatiku u fl-analiżi tad-data, l-ipproċessar tal-lingwi naturali qed isir qasam ewlieni għar-riċerka u l-innovazzjoni. L-UE diġà qed tiddedika sforzi u finanzjament biex iġġib ’il quddiem dawn it-teknoloġiji, b’mod partikolari permezz tal-programm tagħha ta’ Riċerka Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Is-servizz tat-traduzzjoni mekkanika online, it-traduzzjoni elettronika, hu kisba ewlenija tal-programm CEF.