<p>Meta jkun hemm bżonn speċifiku ta’ interpreti b’ċerti lingwi, id-DĠ Interpretazzjoni, waħdu jew f’kooperazzjoni ma’ servizzi oħra tal-interpretazzjoni, jista’ jorganizza taħriġ ad hoc biex jgħin lill-gradwati b’Masters fl-interpretazzjoni ħalli jgħaddu t-testijiet ta’ akkreditazzjoni tagħna. </p>
Eżempji ta’ attivitajiet ta’ taħriġ ad hoc organizzati matul is-snin:
- il-programm PASS (Professional Accreditation Support Scheme): programm ta’ taħriġ interistituzzjonali intensiv li jdum sa 4 ġimgħat
- programm ta’ integrazzjoni
- il-Blue Book Traineeship għall-interpretazzjoni: programm ta’ 5 xhur iddedikat b’attivitajiet tal-interpretazzjoni u kompiti amministrattivi bħala parti mill-iskema tal-Blue Book Traineeship
Test ta’ akkreditazzjoni – filmati b’testijiet fittizji
Qabel tapplika u tagħmel test, jaf ikun utli tara “test fittizju”.
Kun af li l-filmati hawn taħt ma jurux il-format attwali tat-testijiet peress li t-testijiet issa jsiru kollha online. Il-filmat qed jiġu aġġornati biex jirriflettu l-proċeduri attwali. Għall-aktar informazzjoni aġġornata dwar it-testijiet ta’ akkreditazzjoni, ara Aħdem bħala Interpretu Freelance mal-UE.