Kooperazzjoni bejn id-DĠ Interpretazzjoni u l-universitajiet li jħarrġu lill-interpreti
Il-missjoni tad-DĠ Interpretazzjoni hija li jiffaċilita l-komunikazzjoni multilingwi fil-qalba tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE billi jipprovdi servizzi tal-interpretazzjoni ta’ kwalità.
Sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ għadd suffiċjenti ta’ interpreti tal-konferenzi kwalifikati, id-DĠ Interpretazzjoni jipprovdi appoġġ fil-forma ta’ taħriġ għal għadd limitat ta’ korsijiet fl-Istati Membri u fil-pajjiżi kandidati li l-kurrikuli u l-prattiki pedagoġiċi tagħhom jimmiraw li jħejju lill-gradwati tal-istudji tal-interpretazzjoni li jistgħu jgħaddu mit-test tal-akkreditazzjoni tagħna.
Masters Ewropej fl-Interpretazzjoni tal-Konferenzi
Il-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew jikkollaboraw mill-qrib mal-konsorzju tal-Masters Ewropej fl-Interpretazzjoni tal-Konferenzi, li jiġbor flimkien il-programmi ta’ wara l-ewwel lawrja fl-interpretazzjoni tal-konferenzi li jaderixxu ma’ ċerti standards.