Is-servizzi lingwistiċi tal-Kummissjoni jipprovdu servizzi multilingwi bil-fomm u bil-miktub. Biex inkunu nistgħu nipprovdu dawn is-servizzi fil-preżent u fil-ġejjieni, għandna bżonn taħriġ eċċellenti u ta’ kwalità fl-interpretazzjoni u fit-traduzzjoni li jingħata fl-24 lingwa uffiċjali tal-UE kif ukoll f’lingwi oħra.
Id-DĠ Interpretazzjoni u d-DĠ Traduzzjoni jappoġġaw it-taħriġ professjonali tal-interpreti u tat-tradutturi permezz ta’ networks, konsorzji, appoġġ għat-taħriġ u għotjiet.