Skip to main content
Knowledge Centre on Translation and Interpretation

Assistenza fit-tagħlim għall-universitajiet

<p>DĠ Interpretazzjoni jappoġġa l-korsijiet tal-masters fl-interpretazzjoni tal-konferenzi</p>

L-assistenza fit-tagħlim jew kif tissejjaħ fid-DĠ Interpretazzjoni “assistenza pedagoġika”, hi assistenza mogħtija lill-universitajiet li nikkooperaw magħhom u li qed iħarrġu lill-interpreti tal-konferenzi.

L-universitajiet eliġibbli jistgħu japplikaw ħalli jitolbu moduli ta’ taħriġ speċifiċi.

Approċċ uniku

Id-DĠ Interpretazzjoni żviluppa l-approċċ pedagoġiku tiegħu stess biex iħarreġ lill-interpreti bl-istandards meħtieġa ħalli jaħdmu mal-istituzzjonijiet tal-UE. Irridu naqsmu dan l-għarfien prattiku mal-universitajiet biex ngħinu lill-gradwati jieħdu sehem fil-kompetizzjonijiet ta’ reklutaġġ għall-interpreti biex ikunu parti mill-persunal u fit-testijiet ta’ akkreditazzjoni għall-interpreti freelance, u jgħaddu.

Filmati ta’ testijiet simulati

L-assistenza pedagoġika hi wkoll mezz biex niddiskutu l-istandards u l-aspettattivi professjonali mal-universitajiet li jipprovdu t-taħriġ. Għalkemm l-istudenti spiss jitħarrġu minn interpreti professjonali, il-fatt li jisimgħu l-esperjenza personali ta’ interpretu li hu parti mill-persunal tal-Kummissjoni Ewropea, hi opportunità imprezzabbli. L-istudenti jistgħu jitgħallmu dwar kwistjonijiet bħall-politiki tal-UE, il-prospetti tax-xogħol u l-ħajja ta’ kuljum ta’ interpretu tal-konferenzi f’istituzzjoni tal-UE.

Tipi ta’ assistenza

L-universitajiet jistgħu jitolbu tliet tipi ta’ assistenza pedagoġika:

  • taħriġ għall-istudenti
  • taħriġ għall-ħarrieġa
  • il-parteċipazzjoni tad-DĠ Interpretazzjoni fit-testijiet tal-aptitudni jew fl-eżamijiet ta’ nofs is-sena jew dawk finali

Hemm ħafna moduli mnejn wieħed jagħżel biex jitħarrġu l-istudenti. Fuq il-paġna tal-Assistenza fit-taħriġ, niżżel il-fajl taħt “Assistenza fuq il-post u online”.

Interpretu fil-kabina waqt konferenza fittizja organizzata għall-istudenti.

Il-ħarrieġa u l-materjal tat-taħriġ

Il-ħarrieġa li jipprovdu l-assistenza pedagoġika huma interpreti li jiffurmaw parti mill-persunal, li tħarrġu internament biex jgħallmu lill-istudenti u lill-ħarrieġa. Huma għandhom aċċess għall-materjal tat-taħriġ li ġie żviluppat mill-ħarrieġa esperti tagħna.

Impatt

Matul dawn l-aħħar 3 snin, id-DĠ Interpretazzjoni pprovda madwar 350 jum ta’ assistenza pedagoġika lil aktar minn 50 università fil-pajjiżi tal-UE u fil-pajjiżi kandidati.

Ikkuntattjana

Kellimna jekk tixtieq tkun taf aktar dwar is-sistema tal-assistenza pedagoġika tagħna, jew jekk tixtieq tgħidilna dwar kif tappoġġa t-taħriġ għall-interpreti tal-konferenzi. Biex tagħmel dan trid toħloq komunità u taqsam l-għarfien tiegħek.

Riżorsi

Appoġġ professjonali għall-interpreti li huma parti mill-istaff

Pariri dwar it-taħriġ fuq SCICtrain