Programmi tat-traduzzjoni
Minbarra li jipprovdi lill-Kummissjoni Ewropea bi traduzzjonijiet ta’ kwalità għolja u servizzi lingwistiċi oħrajn bl-ilsna uffiċjali tal-UE, id-DĠ Traduzzjoni jikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji lingwistiċi avvanzati xprunati mid-data, għad-diġitalizzazzjoni ta’ sistemi u proċessi multilingwi, u għall-modernizzazzjoni tal-professjoni tat-traduzzjoni billi jappoġġa t-taħriġ tat-tradutturi. Id-DĠT jikkollabora mill-qrib mal-universitajiet li joffru taħriġ għat-tradutturi, b’mod partikulari ma’ universitajiet li huma membri tan-netwerk tal-Master Ewropew fit-Traduzzjoni.