Il-formati diġitali taċ-Ċentru tal-Għarfien dwar it-Traduzzjoni u l-Interpretazzjoni (KCTI, Knowledge Centre on Translation and Interpretation)
Il-KCTI għandu erba’ formati diġitali differenti: il-kafetteriji virtwali tal-KCTI, l-irkejjen tal-karrieri tal-KCTI, l-irkejjen tar-riċerka tal-KCTI, u l-intervisti tal-KCTI.
Il-kafetteriji virtwali tal-KCTI huma prinċipalment (iżda mhux esklużivament) maħsubin għall-istudenti, biex joffrulhom l-opportunità ta’ skambji virtwali bejniethom kif ukoll ma’ interpreti professjonali jew ma’ professjonisti f’oqsma relatati (eż. riċerkaturi), b’mod li jindirizza suġġetti ta’ interess partikulari għalihom.