Skip to main content
Knowledge Centre on Translation and Interpretation

X’nista’ u kif nista’ nikkontribwixxi?

Tgħallem dwar kif tista’ tikkontribwixxi għaċ-Ċentru ta’ Għarfien dwar l-Interpretazzjoni

Pjattaforma kollaborattiva

Iċ-Ċentru tal-Għarfien dwar l-Interpretazzjoni huwa pjattaforma kollaborattiva, li tiddependi fuq il-kontribut tiegħek biex tkun suċċess.

Neħtieġu l-entużjażmu, l-enerġija u l-kompetenza tiegħek!

Il-pjattaforma tfasslet bi tliet partijiet “statiċi” mimlija b’kontenut u informazzjoni fin-naħa ta’ fuq tal-paġna ewlenija - Għarfien, Innovazzjoni, Sħab - u l-aktar partijiet “dinamiċi” tagħhom jinsabu fil-qiegħ - Spazji Kollaborattivi, Networking, Aħbarijiet u Avvenimenti.

Madankollu, dawn kollha jikkontribwixxu għal xulxin:

B’dan il-mod, il-parti “statika” ma tkunx verament statika, peress li dak li jseħħ fit-taqsimiet “dinamiċi” jista’ jiddaħħal fit-taqsimiet statiċi bbażati fuq il-kontenut.

Pereżempju, bl-użu tal-komunitajiet, gruppi ta’ utenti jistgħu jingħaqdu flimkien u jipproduċu kontenut għall-parti statika. Il-funzjoni WIKIdocs tippermetti lill-utenti jaħdmu flimkien fuq test li mbagħad ikun jista’ jiġi sottomess lit-tim editorjali taċ-Ċentru tal-Għarfien għall-validazzjoni qabel ma jiġi ppubblikat.

Biex tkun tista’ tikkontribwixxi trid tkun utent awtentikat, u toħloq profil tal-utent. Hawnhekk issib aktar informazzjoni dan.

Kontributi ġenerali

Hemm ħafna modi differenti kif wieħed jista’ jikkontribwixxi għas-sezzjonijiet “statiċi” u l-paġni:

  1. Tista’ tuża l-formola ta’ kuntatt biex tgħinna jkollna l-informazzjoni kollha fuq għadd ta’ paġni fil-parti statika, pereżempju dwar:
    1. provvedituri tal-korsijiet
    2. assoċjazzjonijiet professjonali
    3. regolamenti u prattiki
    4. kotba u riżorsi utli
  1. Inti mħeġġeġ tibgħat kwalunkwe materjal ta’ taħriġ għall-pubblikazzjoni
  2. Tista’ tibgħatilna email fi kwalunkwe ħin b’kummenti u b’suġġerimenti
  3. Fuq kull paġna hemm buttuna li titlob għal feedback li jintbagħat direttament lit-tim editorjali

Spazji kollaborattivi

It-taqsima “dinamika” għandha saħansitra aktar possibbiltajiet biex tinfluwenza ċ-Ċentru ta’ Għarfien.

Il-modi prinċipali kif tista’ tikkontribwixxi huma billi tuża l-komunitajiet u l-fora.

Il-fora huma mfassla aktar għal mistoqsijiet u tfittxijiet miftuħin, u nittamaw li tkun tista’ tgħin biex jitwieġbu, kif ukoll tistaqsi l-mistoqsijiet tiegħek.

Il-Komunitajiet min-naħa l-oħra huma ffukati fuq suġġetti partikolari - tista’ toħloq tiegħek stess jew tingħaqad ma’ dawk eżistenti u tikkontribwixxi għalihom. Għin biex tlaqqa’ n-nies flimkien biex jiddiskutu kwistjonijiet speċifiċi u importanti, u jekk ikun xieraq, jipproduċu kontenut permezz tal-funzjoni WIKIdocs. Il-kontenut prodott mill-komunitajiet jista’ jsir parti mill-kontenut taċ-Ċentru ta’ Għarfien.

 

Għal gwida komprensiva dwar kif eżattament tista’ tuża dawn l-ispazji jekk jogħġbok ikkonsulta l-Gwida tal-Utenti lill-Komunitajiet u l-Fora

 

Sabiex ir-regoli jkunu ċari, hemm Kodiċi ta’ kondotta għall-kontributuri.