Ħiliet professjonali
L-għan tal-korsijiet ta’ ħiliet professjonali huwa li l-interpreti jkunu jistgħu jaħdmu b’mod aktar effiċjenti, jiżviluppaw ċerti ħiliet personali u biex jitħarġu għal kompiti partikolari. Dawn il-korsijiet huma marbuta mill-qrib mat-teknika tal-interpretazzjoni (pereżempju l-ikkowċjar tal-vuċi, l-interpretazzjoni simultanja mat-test) u ma’ oqsma fejn l-interpreti jaħdmu barra l-kabini (eż. assistenza pedagoġika fl-universitajiet, selezzjoni, korsijiet speċjalizzati tal-interpretazzjoni, l-organizzazzjoni u t-tħejjija tal-laqgħat).
Id-DĠ Interpretazzjoni jorganizza korsijiet fl-użu tat-tablets (iPad u Android) fil-kabina, tat-tagħmir portabbli tal-interpretazzjoni, tal-Word, tal-Excel, tal-PowerPoint u tal-Outlook. Dawn il-korsijiet tfasslu apposta għall-ħtiġijiet tal-interpreti u huma marbuta mal-użu ta’ glossarji u ta’ għodod oħra relatati mat-tħejjija tal-laqgħat.
Filmat: Appoġġ tekniku ġdid għall-interpreti
Id-DĠ Interpretazzjoni għandu grupp ta’ interpreti li jaqsmu l-għarfien tagħhom mal-kollegi tagħhom f’dawn l-oqsma.