Skip to main content
Knowledge Centre on Translation and Interpretation

Internazzjonali u UE

Ir-regolamentazzjoni u l-prattiki f’ambjenti legali fil-livell internazzjonali u tal-UE

Din mhix lista eżawrjenti. Biex iżżid mal-lista jekk jogħġbok uża l-formola ta’ kontribuzzjoni.

Fil-livell internazzjonali l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) qed taħdem fuq standard għall-interpretazzjoni legali; ISO/AWI 20228 “Linji gwida għall-Interpretazzjoni Legali”. Skont l-ISO,  “standard hu dokument li jipprovdi rekwiżiti, speċifikazzjonijiet, linji gwida jew karatteristiċi li jistgħu jintużaw b’mod konsistenti biex jiġi żgurat li l-materjali, il-prodotti, il-proċessi u s-servizzi jkunu adattati għall-iskop tagħhom.”

L-Unjoni Ewropea adottat għadd ta’ direttivi relatati mal-interpretazzjoni f’ambjenti legali;

Id-Direttiva 2010/64/UE dwar id-dritt għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali

Id-Direttiva 2012/13/UE dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċedimenti kriminali

Id-Direttiva 2012/29/UE li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità