EULITA
L-EULITA għandha l-għan li tiġbor flimkien bħala membri sħaħ l-assoċjazzjonijiet professjonali tal-interpreti u t-tradutturi legali fl-Istati Membri tal-UE kif ukoll l-assoċjazzjonijiet ġenerali li jinkludu interpreti u tradutturi legali fost il-membri tagħhom. Bħala membri assoċjati l-EULITA tilqa’ l-organizzazzjonijiet, l-istituzzjonijiet u l-individwi interessati kollha li huma impenjati għat-titjib tal-kwalità fl-interpretazzjoni u t-traduzzjoni legali.
L-EULITA għandha l-għan li ssaħħaħ u li tirrappreżenta l-interessi u t-tħassib tal-assoċjazzjonijiet u l-membri tagħhom fir-rigward ta’ organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet nazzjonali, Ewropej u internazzjonali, li tippromwovi t-twaqqif ta’ assoċjazzjonijiet ta’ interpreti u tradutturi legali fi Stati Membri fejn għadhom ma jeżistux, li tippromwovi kooperazzjoni mill-qrib ma’ istituzzjonijiet akkademiċi fil-qasam tat-taħriġ u r-riċerka u li tinkoraġġixxi l-istabbiliment ta’ reġistri nazzjonali u fl-UE kollha ta’ interpreti u tradutturi legali kwalifikati, filwaqt li dejjem tirrispetta d-diversità tas-sistemi u l-kulturi ġudizzjarji.
L-EULITA hi impenjata ukoll li tippromwovi l-kwalità fl-interpretazzjoni u t-traduzzjoni legali permezz tar-rikonoxximent tal-istatus professjonali tal-interpreti u t-tradutturi legali, l-iskambju ta’ informazzjoni u l-aħjar prattiki fit-taħriġ u l-iżvilupp professjonali kontinwu u l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti dwar kwistjonijiet bħat-taħriġ, ir-riċerka, il-professjonaliżmu, eċċ. b’hekk jiġu promossi l-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-fiduċja reċiproka mill-Istati Membri fis-sistemi ta’ xulxin tal-interpretazzjoni u t-traduzzjoni legali.
Finalment, l-EULITA għandha l-għan li tippromwovi l-kooperazzjoni u l-aħjar prattiki f’arranġamenti ta’ ħidma mas-servizzi legali u l-professjonisti legali.