Skip to main content
Knowledge Centre on Translation and Interpretation

Il-kafetteriji virtwali taċ-Ċentru tal-Għarfien dwar it-Traduzzjoni u l-Interpretazzjoni

Il-kafetteriji virtwali taċ-Ċentru tal-Għarfien dwar it-Traduzzjoni u l-Interpretazzjoni (KCTI, Knowledge Centre on Translation and Interpretation) huma maħsubin prinċipalment (iżda mhux esklużivament) għal studenti ta’ korsijiet tal-Master’s speċjalizzati fit-traduzzjoni u fl-interpretazzjoni tal-konferenzi. Dawn is-sessjonijiet online jindirizzaw suġġetti ta’ interess partikulari għall-istudenti u jagħtuhom l-opportunità għal skambji virtwali bejniethom, ma’ professjonisti tat-traduzzjoni u tal-interpretazzjoni minn istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet, u ma’ professjonisti differenti f’oqsma relatati, fosthom riċerkaturi.

Żur regolarment it-taqsima tal-avvenimenti tagħna biex issir taf dwar il-kafetteriji virtwali futuri u kif tieħu sehem fihom. Tista’ wkoll tabbona fil-bullettin tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar avvenimenti fil-komunità organizzati mid-DĠ Interpretazzjoni.

Kafetteriji virtwali tal-KCTI li saru diġà

Il-Jum Ewropew tal-Lingwi

26 ta' Settembru 2024

Ċelebrazzjoni kemm tal-Jum Ewropew tal-Lingwi kif ukoll tal-20 anniversarju tat-tkabbir tal-UE li seħħ fl-2004.

Dettalji   Filmat

L-elezzjonijiet Ewropej

13 ta’ Mejju 2024

Is-suġġett attwali ħafna tal-elezzjonijiet Ewropej.

Dettalji   Filmat


Mill-interpretazzjoni konsekuttiva għal dik simultanja fit-taħriġ għall-interpreti

17 ta' Jannar 2024

Aspetti pedagoġiċi tat-tranżizzjoni mill-interpretazzjoni konsekuttiva għal dik simultanja fit-taħriġ għall-interpreti.

Dettalji   Filmat


Il-Jum Ewropew tal-Lingwi u s-Sena Ewropea tal-Ħiliet

26 ta’ Settembru 2023

Edizzjoni speċjali: “Il-lingwi, il-ħiliet, u t-teknoloġiji għat-tkabbir ekonomiku”.

Dettalji   Filmat


L-interpretazzjoni — Modalitajiet ġodda ta’ kif issir

6 ta’ Ġunju 2023

Ħarsa ġenerali lejn aspetti differenti relatati ma’ modalitajiet ġodda kif issir l-interpretazzjoni.

Dettalji   Filmat


Ir-riċerka fl-interpretazzjoni

23 ta’ Marzu 2023

Ir-riċerka fl-interpretazzjoni.

Filmat


Il-Jum Ewropew tal-Lingwi

26 ta' Settembru 2022

Il-Jum Ewropew tal-Lingwi.

Filmat


Ħidma bħala interpretu fil-kabina Franċiża — fl-UE u fin-NU

17 ta’ Ġunju 2022

Opportunitajiet ta’ karriera għall-interpreti fil-kabina Franċiża — fl-istituzzjonijiet tal-UE u fin-Nazzjonijiet Uniti. Din is-sessjoni wasslet biex jiġi żviluppat format apposta li jiffoka fuq il-karrieri: il-Careers Corners tal-KCTI.

Filmat