Kif toħloq kont tal-EU Login u teditja l-profil tal-utent tiegħek.
Irreġistra
Biex tilloggja fiċ-Ċentru tal-Għarfien dwar it-Traduzzjoni u l-Interpretazzjoni, l-ewwel trid tirreġistra mal-EU Login.
Hemm tliet possibbiltajiet:
1. Diġà għandek kont tal-EU Login u għadek m’intix illoggjat:
Ikklikkja l-buttuna tal-Illoggja fin-naħa ta’ fuq tal-iskrin, u tittieħed lejn il-paġna tal-EU Login. F’dan il-każ tista’ tmur direttament għall-Pass 3.
2. Għandek kont tal-EU Login u diġà lloggjat:
Tista’ tikklikkja fuq Illoggja fin-naħa ta’ fuq tal-iskrin u tittieħed minnufih lejn is-sit web.
3. Għad m’għandekx kont tal-EU Login:
Ikklikkja fuq il-buttuna tal-Illoggja fin-naħa ta’ fuq tal-iskrin. Tingħata l-opportunità Oħloq kont tal-EU Login.
PASS 1 – Oħloq kont tal-EU Login
Ikklikkja l-link Oħloq kont.

Imla d-dettalji personali tiegħek:
- Isem – L-isem ma jistax jitħalla vojt u jista’ jkun fih ittri minn kwalunkwe alfabett
- Kunjom – Il-kunjom ma jistax jitħalla vojt u jista’ jkun fih ittri minn kwalunkwe alfabett
- Email – Indirizz tal-email li għandek aċċess għalih
- Ikkonferma l-email – Erġa’ ttajpja l-indirizz tal-email tiegħek biex tiżgura li hu korrett
- Lingwa tal-email – Il-lingwa użata għall-emails (irrispettivament mil-lingwa użata fl-interfaċċa). Dan jiggarantixxi li tkun tista’ tifhem dawn l-emails anke jekk ikunu ntbagħtu bi żball. L-EU Login jibgħatlek emails biss biex jivvalida l-identità tiegħek jew biex jgħarrfek dwar avvenimenti ta’ sigurtà li jaffettwaw il-kont tiegħek
- Iċċekkja l-istqarrija ta’ privatezza billi tikklikkja fuq il-link u mmarka l-kaxxa biex taċċetta l-kundizzjonijiet
- Ikklikkja Oħloq kont biex tipproċedi
Jekk il-formola timtela sew, tintbagħat email fl-indirizz li pprovdejt.
PASS 2 – Oħloq password
Wara ftit sekondi, għandek tirċievi email li biha tista’ toħloq password. Jekk ma tkunx tista’ ssib l-email, iċċekkja l-folder tal-ispam jew tal-junk tiegħek. Ikklikkja l-link fl-email jew agħmel copy/paste fl-istrixxa tal-indirizz tal-brawżer tiegħek.

Meta tikklikkja l-link, tkun tista’ toħloq password u tikkonfermaha. Il-kaxxa tal-email timtela minn qabel u ma tistax tinbidel. Għandu jkun fiha l-indirizz tal-email li pprovdejt qabel.
Ittajpja l-password li tixtieq tuża fil-kaxxa Password ġdida. Din irid ikun fiha mill-inqas 10 karattri u taħlita ta’:
- ittri kbar
- ittri żgħar
- numri
- karattri speċjali
Kemm jista’ jkun agħżel password twila u kumplessa biex il-kont tiegħek ikun iktar sigur.
Erġa’ ttajpja l-password tiegħek f’Ikkonferma l-password il-ġdida u kklikkja fuq Issottometti.
Issa inti awtentikat u tista’ tgħaddi għas-servizz li tixtieq tuża.
Ikklikkja fuq Ipproċedi biex tagħmel dan.
PASS 3 – Illoggja
Ladarba tkun ħloqt il-kont tal-EU Login tiegħek, tista’ tużah biex ikollok aċċess għal għadd kbir ta’ servizzi. Meta taċċessa dawn is-servizzi, l-iskrin tal-EU Login se juri meta tkun meħtieġa l-awtentikazzjoni. Biex tilloggja fiċ-Ċentru tal-Għarfien dwar it-Traduzzjoni u l-Interpretazzjoni, tista’ tagħfas fuq il-buttuna tal-Illoggja fin-naħa ta’ fuq tal-iskrin tas-sit web taċ-Ċentru tal-Għarfien dwar it-Traduzzjoni u l-Interpretazzjoni.
Imbagħad tista’ ddaħħal l-indirizz tal-email li pprovdejt meta ħloqt il-kont tal-EU Login tiegħek fil-kaxxa Daħħal l-indirizz tal-email tiegħek u kklikkja Li jmiss.
Is-sistema se tiftakar l-indirizz tal-email tiegħek awtomatikament sabiex id-darba li jmiss tkun tista’ taqbeż dan il-pass meta tuża l-istess brawżer fuq l-istess kompjuter.

PASS 4 – Agħżel il-metodu ta’ verifika tiegħek
Minbarra l-password tiegħek, se tkun meħtieġ tagħżel metodu ieħor ta’ verifika. L-EU Login jappoġġa varjetà ta’ metodi ta’ verifika. Nirrakkomandaw li tuża l-App tal-EU Login, peress li hija l-iktar waħda intuwittiva:
Biex tuża dan il-metodu ta’ verifika, ikollok bżonn iżżid apparat mobbli fil-kont tal-EU Login tiegħek. Din il-linja gwida tinkludi filmat bl-istruzzjonijiet. Diversi metodi ta’ verifika jeħtieġu l-użu tal-App tal-EU Login. L-App tal-EU Login hi applikazzjoni li tista’ tinstalla fuq l-apparat mobbli tiegħek mill-Google Play Store (Android), mill-App Store (iOS) jew mill-Windows Store (Mowbajl Windows). L-ewwel trid tiftaħ l-applikazzjoni. L-użu tal-App tal-EU Login flimkien mal-password jipprovdi sigurtà addizzjonali. Gwida tal-EU Login tista’ tinstab hawnhekk.
Jekk jogħġbok kun af li xi metodi ta’ verifika jaf ma jkunux disponibbli waqt li tkun qed taċċessa xi servizzi speċifiċi.
Pass 5 – Stenna l-approvazzjoni
Meta tuża l-kont tal-EU Login tiegħek biex tilloggja fiċ-Ċentru tal-Għarfien dwar it-Traduzzjoni u l-Interpretazzjoni għall-ewwel darba, tirċievi email biex tinfurmak li l-kont tiegħek huwa soġġett għall-approvazzjoni:
Ladarba l-kont tiegħek ikun ġie approvat, tirċievi email oħra, li tiddikjara li l-kont tiegħek ġie attivat:
Minn dak il-mument ’il quddiem tkun tista’ tilloggja fis-sit web taċ-Ċentru tal-Għarfien dwar it-Traduzzjoni u l-Interpretazzjoni u taċċessa u teditja l-profil tal-utent tiegħek.
PASS 6 – Editja l-profil tal-utent tiegħek
Wara li tilloggja fiċ-Ċentru tal-Għarfien dwar it-Traduzzjoni u l-Interpretazzjoni, tkun tista’ taċċessa u teditja l-profil tal-utent tiegħek.
Biex teditja l-profil tiegħek, ikklikkja fuq il-vleġġa ħdejn ismek fin-naħa ta’ fuq tal-iskrin, imbagħad fuq Il-kont tiegħi.
Imbagħad, fil-kont tiegħek tista’ tagħfas fuq it-tab Editja
Hemmhekk tista’ ddaħħal l-informazzjoni li ġejja:
- Ismek u kunjomok
- Dipartiment
- Organizzazzjoni
- Kategorija (agħżel mill-menu li jinżel)
- Rwol (test liberu)
- Lingwi (immarka l-kaxxi)
- Il-kontijiet tal-midja soċjali tiegħek, jekk tixtieq
- Viżibbiltà: jekk timmarka IVA, l-utenti l-oħra jkunu jistgħu jsibuk fil-lista ta’ Networking, u ismek jintwera fil-komunitajiet li tagħmel parti minnhom. Jekk timmarka LE, l-utenti l-oħra ma jkunu jistgħu jarawk imkien
- Aħbi l-email: jekk din il-kaxxa tkun immarkata, l-utenti l-oħra ma jarawx il-buttuna “Ikkuntattjani” fuq il-profil tiegħek, u ma jkunux jistgħu jibagħtulek messaġġi. Jekk il-kaxxa ma tkunx immarkata, fuq il-profil tiegħek tintwera l-buttuna “Ikkuntattjani”, u l-utenti l-oħra jkunu jistgħu jibagħtulek messaġġi, li tirċievi fl-inbox tal-kont tal-email li użajt biex ħloqt l-EU Login tiegħek, jew jikkuntattjawk permezz tal-kontijiet tal-midja soċjali tiegħek
- Dwari (test liberu): ikteb xi ħaġa dwar il-professjoni, l-interessi, l-esperjenza tiegħek… Tista’ tindika wkoll kif tippreferi li tiġi kkuntattjat mill-utenti l-oħra
- Ikklikkja fuq Issejvja
Taħt it-tab Konfigurazzjoni fil-menu tax-xellug, għandek il-possibbiltà li żżid stampa tal-profil, jekk tixtieq.
F’każ li tesperjenza xi problemi, jekk jogħġbok tiddejjaqx tikkuntattjana.