<p>Dan hu Kodiċi ta’ kondotta għal min jagħti kontribut fiċ-Ċentru tal-għarfien dwar it-traduzzjoni u l-interpretazzjoni</p>
Il-kontribut tiegħek fiċ-Ċentru tal-għarfien dwar it-traduzzjoni u l-interpretazzjoni
Sabiex niżguraw komunità miftuħa u akkoljenti, nimpenjaw ruħna li l-parteċipazzjoni fiċ-Ċentru tal-għarfien dwar it-traduzzjoni u l-interpretazzjoni tkun esperjenza ta’ rispett għal kulħadd u li ħadd ma jingħata fastidju.
Għalhekk nitolbuk turi rispett, tkun edukat u tikkoopera.
Meta tagħti kontribut fiċ-Ċentru tal-għarfien tkun qed taqbel ma’ xi regoli bażiċi. Nitolbuk:
- ma tużax lingwa mhux xierqa, jew xi lingwa li tista’ tinftiehem bħala insult jew theddida
- ma tikser bl-ebda mod id-drittijiet ta’ kontributuri jew utenti oħrajn, pereżempju, permezz ta’ theddid, abbuż, fastidju jew stalking
- ma ttellax jew tuża kontenut indeċenti, oxxen jew li b’xi mod ma jkunx xieraq, u ma taqsamx kontenut li jikser id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-oħrajn
- ma tippowstjax jew tippubblika kontenut jew informazzjoni foloz, li jiżgwidaw, qarrieqa jew diffamatorji
- ma tippowstjax kontribuzzjonijiet irrilevanti jew li mhux marbutin mat-tema, li m’għandhomx x’jaqsmu mal-iskop tal-pjattaforma
- ma tagħmilx ħsara lid-dibattitu jew lill-komunità b’imġiba fejn pereżempju l-ħin kollu tinterrompi, tfixkel jew iżżomm il-kollaborazzjoni komunitarja (jiġifieri, trolling)
- ma takkużax individwi jew organizzazzjonijiet mingħajr provi jew evidenza
- ma tippersonifika l-ebda persuna jew organizzazzjoni, jew tiddikjara b’mod falz jew tirrappreżenta ħażin l-affiljazzjoni tiegħek ma’ persuna jew organizzazzjoni
- ma twettaqx jew tissolleċita t-twettiq ta’ attivitajiet illegali
- ma tirreklamax jew toffri għall-bejgħ oġġetti jew servizzi bi kwalunkwe skop kummerċjali.
Konsegwenzi jekk tikser il-kodiċi ta’ kondotta
Jekk tikser dan il-kodiċi ta’ kondotta, it-tim editorjali taċ-Ċentru tal-għarfien dwar it-traduzzjoni u l-interpretazzjoni, kif jidhirlu xieraq, għandu d-dritt li:
- jillimita, jissospendi jew itemm l-aċċess tiegħek għaċ-Ċentru tal-għarfien kollu jew parti minnu
- jiċħad, jimmodera (inkluż iħassar jew jeditja), iċaqlaq jew ineħħi kwalunkwe materjal li tipprovdi liċ-Ċentru tal-għarfien.
Irrapporta l-ksur
Jekk issir taf b’xi ksur informa lit-tim editorjali billi:
- tibagħtilna email
- tuża l-buttuna “irrapporta” disponibbli f’kull komunità.