Skip to main content
Knowledge Centre on Translation and Interpretation

Xogħol mal-UE bħala interpretu freelance

Id-Direttorat Ġenerali għall-Interpretazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea jimpjega regolarment interpreti freelance.

Sabiex taħdem għas-servizzi tal-interpretazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Parlament Ewropew u tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-ewwel trid tgħaddi minn test li jagħtik akkreditazzjoni għat-tliet istituzzjonijiet kollha.

Il-ħaddiema freelance jaħdmu b’kuntratti għal perjodu qasir u l-assenjazzjonijiet ivarjaw skont id-domanda. 

Min jista’ japplika? 

Jekk tixtieq tapplika biex taħdem f’waħda mill-kabini tal-lingwi tal-UE, trid: 

  • ikollok il-profil lingwistiku applikabbli 
  • ikollok lawrja universitarja fl-interpretazzjoni tal-konferenzi jew ikollok esperjenza professjonali fl-interpretazzjoni tal-konferenzi, f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli

Kif tapplika? 

Għall-iktar informazzjoni aġġornata dwar il-kriterji tal-eliġibbiltà, il-profili lingwistiċi u l-iskedi indikattivi għat-testijiet tal-akkreditazzjoni, żur il-paġna tagħna dwar kif taħdem bħala interpretu freelance mal-istituzzjonijiet tal-UE. 

Il-lingwi mhux tal-UE 

It-testijiet tal-akkreditazzjoni jiġu organizzati wkoll għal ċerti lingwi mhux tal-UE, iżda ma jsirux fuq bażi regolari u jiddependu fuq il-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tal-istituzzjonijiet. 

Test tal-akkreditazzjoni – filmati b’simulazzjoni ta’ test 

Qabel ma tapplika għal test u tagħmel test, jaf ikun utli għalik li titgħallem kif test huwa strutturat billi tara simulazzjoni ta’ test

Uħud minn dawn il-filmati ma jirriflettux il-format attwali tal-ittestjar peress li t-testijiet issa qed isiru kompletament online. Il-filmati qed jiġu aġġornati biex jirriflettu l-proċeduri attwali. Madankollu, xorta jistgħu jkunu utli, peress li jipprovdu ħarsa ġenerali tajba lejn kif ikunu t-testijiet fil-prattika u x’inhu mistenni mill-kandidati. Jagħtu wkoll pariri utli dwar kif tista’ tipprepara għat-test u jkollok approċċ professjonali.