Skip to main content
Knowledge Centre on Translation and Interpretation

Gwida għall-utenti għall-komunitajiet

Sir af kif tista’ tikkontribwixxi fl-ispazji kollaborattivi ta’ dan iċ-Ċentru tal-Għarfien

 

Fil-pjattaforma taċ-Ċentru tal-Għarfien dwar it-Traduzzjoni u l-Interpretazzjoni, tista’ tikkontribwixxi permezz tal-“komunitajiet”. Il-komunitajiet huma spazji kollaborattivi fejn l-utenti jistgħu jiddiskutu suġġett speċifiku ma’ membri oħra tal-pjattaforma. Meta tinteraġixxi permezz tal-komunitajiet, jekk jogħġbok irrispetta l-kodiċi ta’ kondotta

Tista’ tara t-tutorial ta’ YouTube tagħna, jew tirreferi għall-istruzzjonijiet ta’ hawn taħt biex issir taf kif tuża l-komunitajiet.

Oħloq komunità

Biex toħloq komunità, tista’ tmur fil-paġna ewlenija, tiskrollja ’l isfel għal “Spazji kollaborattivi” u tikklikkja fuq “Komunitajiet”. Hemmhekk, tista’ tikklikkja l-buttuna “Oħloq komunità ġdida”. 

Ritratt tal-iskrin fejn tidher paġna web b’buttuna blu bl-isem “Oħloq komunità ġdida”

Imbagħad tittieħed fil-paġna “Żid grupp” fejn trid tagħżel “Komunità”.

. Ritratt tal-iskrin ta’ skrin li juri “żid grupp” bi tliet opzjonijiet taħt: “komunità”, “Repożitorju speċifiku tad-diskors għall-ħarrieġa” u “ITSU”. Vleġġa ħamra tipponta lejn “Komunità”

Meta toħloq komunità, tista’ tuża t-tliet tabs fuq ix-xellug biex iżżid il-kontenut. 

  • Taħt it-tab “Ġenerali”, tista’ tagħżel:
    • Lingwa tal-komunità
    • Titlu
    • Headline: spjegazzjoni qasira tas-suġġett
    • Caption: l-utenti ma jistgħux jeditjaw din l-entrata
    • Parti prinċipali: spjegazzjoni jew mistoqsijiet itwal dwar is-suġġett

Ritratt tal-iskrin tal-paġna web li tara meta toħloq komunità. Jidhru tliet tabs fuq il-menu tax-xellug: Ġenerali, Kategorizzazzjoni u Multimedia. “Ġenerali” tagħżilha minn fuq dan il-menu tax-xellug, u fuq in-naħa tal-lemin issib diversi żbarri tat-test fejn fihom tista’ ddaħħal test jew tagħżel opzjoni minnhom.

  • Taħt it-tab “Kategorizzazzjoni”, tista’ tagħżel:
    • Klassifikazzjoni: it-tip li jikkorrispondi għas-suġġett ewlieni tal-komunità (interpretazzjoni tal-konferenzi, interpretazzjoni tas-servizz pubbliku, interpretazzjoni legali jew innovazzjoni).
    • Kliem ewlieni: agħżel il-kliem ewlieni rilevanti kollu għall-komunità. Dan jista’ jintuża aktar tard biex wieħed ifittex komunità.
    • Viżibbiltà tal-grupp: jekk il-grupp ikun pubbliku, dan ikun jidher fil-lista tal-komunitajiet u kulħadd ikun jista’ jingħaqad fih. Jekk ikun privat, dan ikun moħbi mil-lista u jkunu jistgħu jarawh jew jinteraġixxu fih biss il-membri li jkunu ġew miżjuda mill-awtur tal-komunità.

      Ritratt tal-iskrin tal-paġna web li tara meta toħloq komunità. Jidhru tliet tabs fuq il-menu tax-xellug: Ġenerali, Kategorizzazzjoni u Multimedia. “Kategorizzazzjoni” tagħżilha minn fuq dan il-menu tax-xellug, u fuq in-naħa tal-lemin issib diversi żbarri tat-test fejn fihom tista’ ddaħħal test jew tagħżel opzjoni minnhom.

  • Taħt it-tab “Multimedia”, tista’ tagħżel:
    • Media li tidher: jekk tapplowdja stampa hawnhekk, din tiġi tidher fil-“parti prinċipali” tal-komunità. Madankollu, tista’ ddaħħal ukoll stampi direttament fit-taqsima “parti prinċipali” permezz tat-tab “Ġenerali”.
    • Fajls: hawnhekk tista’ tapplowdja d-dokumenti. Il-membri se jkunu jistgħu jaċċessaw dawn id-dokumenti permezz tal-komunità. 

      Ritratt tal-iskrin tal-paġna web li tara meta toħloq komunità. Jidhru tliet tabs fuq il-menu tax-xellug: Ġenerali, Kategorizzazzjoni u Multimedia. “Multimedia” tagħżilha minn fuq dan il-menu tax-xellug, u fuq in-naħa tal-lemin issib żewġ buttuni li permezz tagħhom tista’ tapplowdja l-media.

Wara li ddaħħal dawn id-dettalji kollha, ara li tikklikkja l-buttuna “Issejvja” fil-qiegħ tal-iskrin, u l-Komunità tiegħek tinħoloq.

Abbozzar tat-test

Fl-ambjent tal-komunità se jkollok l-opportunità li tabbozza test, pereżempju tista’ toħloq it-test prinċipali ta’ komunità, toħloq post jew wikidoc (dawn l-opzjonijiet tal-aħħar se jiġu spjegati hawn taħt). L-interfaċċa tal-utent għall-abbozzar tat-test tidher l-istess f’dawn il-każijiet kollha. Tista’ tuża t-toolbar ta’ fuq il-kaxxa tat-test biex tifformattja t-test. Għandek il-possibbiltà li:

  • iżżid intestaturi, billi tuża l-menu li jinżel fuq in-naħa tax-xellug tat-toolbar:Ritratt tal-iskrin tal-menu li jinżel li jista’ jintuża biex tifformattja t-test bħala intestatura speċifika.
  • tifformattja t-test b’tipa grassa, korsiva jew sottolinjata.
  • iddaħħal tabella billi tuża l-ikona magħżula fl-istampa ta’ hawn taħt:Ritratt tal-iskrin ta’ kaxxa tat-test bl-ikona “daħħal tabella” magħżula fil-menu ta’ fuq

 

  • żid iperlink. Tista’ tagħżel it-test li tixtieq tibdel f’iperlink, billi tikklikkja l-ikona b’ċirku hawn taħt u tippejstja l-link tal-URL fl-iżbarra li titla’:

    Ritratt tal-iskrin ta’ kaxxa tat-test bl-ikona tal-iperlink magħżula fil-menu ta’ fuq

     

  • żid sħaba ta’ informazzjoni. Dan huwa t-test li jidher meta l-utenti jmexxu l-cursor fuq terminu li tkun żidtlu s-sħaba ta’ informazzjoni. Biex tagħmel dan, tista’ tagħżel terminu jew frażi, tikklikkja l-ikona b’ċirku hawn taħt u ddaħħal it-test li tixtieq li jidher fis-sħaba ta’ informazzjoni. Din il-funzjonalità tista’, pereżempju, tintuża biex tiċċara l-abbrevjazzjonijiet kif muri fl-eżempju ta’ hawn taħt. 

    Ritratt tal-iskrin tal-kaxxa tat-test fejn tidher l-ikona tas-sħaba ta’ informazzjoni

    Ritratt tal-iskrin ta’ test li fih insibu l-abbrevjazzjoni “UE” u għandu sħaba ta’ informazzjoni bil-kliem “Unjoni Ewropea” li l-utenti jistgħu jaraw meta jmexxu l-cursor fuq it-terminu.

  • kif muri fl-istampa ta’ hawn taħt, tista’ wkoll (1) toħloq punti f’lista, (2) iżżid kwotazzjoni, (3) iddaħħal fajl, (4) iddaħħal stampa, (5) iddaħħal media oħra.

    Ritratt tal-iskrin ta’ kaxxa tat-test fejn jidhru l-punti fuq in-naħa tal-lemin tal-menu ta’ fuq

Oħloq post

Fil-komunità li tkun ħloqt, int u membri oħra tistgħu toħolqu posts. Il-posts jistgħu jintużaw biex, pereżempju, taqsmu l-għarfien tagħkom jew issaqsu mistoqsijiet. Membri oħra jistgħu jwieġbu għal posts u b’hekk tkun tista’ ssir interazzjoni bejn il-membri tal-komunità. 

Biex toħloq post, innaviga fil-komunità u kklikkja l-buttuna “ikteb post ġdid”:

Ritratt tal-iskrin tal-paġna tal-komunità fejn tidher il-buttuna “ikteb post ġdid”.

Imbagħad issib ruħek fil-paġna li ġejja, fejn tista’ toħloq il-post tiegħek (magħruf ukoll bħala “kumment”) billi tipprovdi suġġett u tabbozza test fit-taqsima “Kumment”:

Ritratt tal-iskrin tal-paġna li fiha tista’ toħloq post, fejn tidher kaxxa tat-test għas-Suġġett u kaxxa tat-test għall-post.

Itteggja membru

Meta toħloq post, tista’ wkoll titteggja l-membri billi tittajpja “@” u tikteb isimhom. Se jitlagħlek menu li jinżel fejn imbagħad tkun tista’ tagħżel il-membru li tixtieq titteggja. Huma se jiġu nnotifikati dwar it-tag permezz tal-indirizz tal-email li jkunu użaw biex ħolqu l-kont tal-EU Login tagħhom.

Ritratt tal-iskrin ta’ żbarra tat-test li fiha tista’ tikteb post, fejn jidher is-sinjal “@” li juri li tista’ titteggja lil xi ħadd

Interaġixxi mal-posts

Ladarba tinħoloq post, tkun tista’ tagħmel like, tirrapportah, tħassru jew twieġbu. Il-membri bi “rwol ta’ amministratur” biss se jkunu jistgħu jħassru l-posts. 

Ritratt tal-iskrin ta’ post fejn jidhru l-buttuni differenti taħt post

Immaniġġja l-kummenti

Bħala l-awtur, u għalhekk il-moderatur, tal-komunità, hija r-responsabbiltà tiegħek li żżomm kont tal-kummenti rrapportati u tħassarhom jekk ikun meħtieġ.

Biex tieħu idea ġenerali tal-kummenti li jkunu ġew irrapportati, tista’ tinnaviga fit-tab “Rapporti” fil-komunità: 

Ritratt tal-iskrin ta’ paġna tal-komunità fejn tidher it-tab “Rapporti” fil-menu ta’ fuq

Barra minn hekk, tista’ tieħu idea ġenerali tal-kummenti li jkunu qalgħu “like” billi tinnaviga fit-tab “Likes”: 

Ritratt tal-iskrin ta’ paġna tal-komunità fejn tidher it-tab “Likes” fil-menu ta’ fuq

 

Immaniġġja l-membri

Meta tikklikkja fuq it-tab “membri” ta’ komunità, tkun tista’ tara lista tal-membri kollha.

ritratt tal-iskrin tal-iskrin li tara meta tagħżel it-tab “membri” fil-menu ta’ fuq. Hawn taħt jiġu jidhru l-membri tal-komunità.

Biex timmaniġġja membru f’din il-lista, tista’ tikklikkja l-vleġġa ħdejn “ivviżwalizza l-membru”:

Ritratt tal-iskrin tal-lista tal-membri tal-komunità, fejn tidher vleġġa żgħira ħdejn id-data tal-membri.

Tista’ tagħżel “editja l-membru” biex tbiddel ir-rwol tiegħu (amministratur/mhux amministratur), jew tista’ tagħżel “neħħi l-membru”.

Żid membru

Meta tikklikkja l-buttuna “Żid l-isħubija”, tkun tista’ tfittex l-isem tal-persuna li tixtieq tagħmel membru tal-komunità: 

ritratt tal-iskrin tal-iskrin li tara meta tagħżel it-tab “membri” fil-menu ta’ fuq. Hawn taħt jiġu jidhru l-membri tal-komunità. Vleġġa tipponta lejn il-buttuna “Żid l-isħubija”Ritratt tal-iskrin li juri l-iskrin “Żid l-isħubija fi grupp”, li fih issib żbarra tat-test li permezz tagħha tista’ tfittex membri potenzjali.

Imbagħad tista’ tagħżilhom mill-menu li jinżel. Jekk tixtieq li din il-persuna jkollha l-istess drittijiet bħall-awtur tal-komunità, immarka l-kaxxa “Amministratur”. Imbagħad ikunu jistgħu jeditjaw il-komunità. Jekk le, ħalli din il-kaxxa mhux immarkata. Il-membri li mhumiex “amministratur” xorta se jkunu jistgħu jinteraġixxu mal-komunità (eż. jiktbu post jew iwieġbu post oħra), madankollu ma jkunux jistgħu jeditjaw il-komunità nnifisha. 

Ladarba tikklikkja “issejvja”, l-utenti jirċievu notifika li jkunu żdiedu mal-komunità permezz tal-indirizz tal-email li jkunu użaw biex ħolqu l-kont tal-EU Login tagħhom.

Abbozza Wikidoc

Wikidoc huwa dokument kollaborattiv li l-membri ta’ komunità jistgħu jabbozzaw. Dan jista’ jinkludi, pereżempju, il-konklużjonijiet ewlenin tad-diskussjoni tal-komunità jew kontenut li fil-fehma tagħhom ikun utli li jiżdied fil-pjattaforma taċ-Ċentru tal-Għarfien dwar it-Traduzzjoni u l-Interpretazzjoni.

Sabiex toħloq Wikidoc, innaviga fit-tab “ivviżwalizza” ta’ komunità u agħżel “Wikidocs” fil-menu tax-xellug.

Ritratt tal-iskrin tal-paġna tal-komunità b’“Wikidocs” magħżula fil-menu tax-xellug. Dan juri l-buttuna “oħloq wikidoc” fuq in-naħa tal-lemin.

Ladarba tikklikkja l-buttuna “Oħloq wikidoc”, issib ruħek f’paġna fejn tista’ tibda tabbozza dokument mal-membri l-oħra kollha tal-komunità. Tista’ żżid titlu u tikteb it-test fit-taqsima tal-Parti prinċipali.

Ritratt tal-iskrin tal-paġna li fiha tista’ toħloq wikidoc. Fiha ssib kaxxa tat-test fejn tista’ żżid titlu u kaxxa tat-test għall-parti prinċipali fejn tista’ tabbozza test. Fil-qiegħ tal-paġna ssib buttuna blu “Issejvja”.

Editja komunità

Tkun tista’ teditja komunità biss jekk tkun ħloqtha inti, jew jekk l-awtur tagħha jkun tak rwol ta’ amministratur.

Tista’ teditja komunità billi tikklikkja t-tab “editja” tal-komunità korrispondenti: 

ritratt tal-iskrin tal-paġna li tara meta tkun tixtieq teditja komunità. It-tab “editja” tagħżilha fil-menu ta’ fuq.

 

Imbagħad tkun tista’ timmodifika l-entrati kollha li tkun imlejt meta ħloqt il-komunità.

 

Ingħaqad ma’ komunità eżistenti

Fil-paġna ewlenija, meta tiskrollja ’l isfel għal “Spazji kollaborattivi” u tikklikkja fuq “Komunitajiet”, tista’ tfittex komunità eżistenti billi tuża l-kaxxa tat-tiftix jew kwalunkwe filtru li jinsab fuq in-naħa tax-xellug (ara hawn taħt).

. ritratt tal-iskrin tal-paġna tal-komunitajiet. Fuq in-naħa tax-xellug issib menu li permezz tiegħu tista’ tapplika filtri differenti. Fuq in-naħa tal-lemin issib lista ta’ komunitajiet.

 

Meta ssib komunità li tinteressak, agħżel il-komunità u kklikkja l-buttuna “Ingħaqad ma’ komunità”.

Ritratt tal-iskrin ta’ paġna tal-komunità fejn tidher buttuna safra bl-isem “ingħaqad ma’ komunità” fin-naħa ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin.

 

Biex tieħu idea ġenerali tal-komunitajiet kollha li inti parti minnhom, ikklikkja fuq il-vleġġa ħdejn ismek fin-naħa ta’ fuq tal-paġna, agħżel “Il-kont tiegħi” u “Il-Komunitajiet Tiegħi”.

Ritratt tal-iskrin tas-sit web fejn tidher ikona tal-profil bi vleġġa maġenbha.